Li tappoġġja l-konnessjoni ta’ wliedek mal-eqdem kultura ħajja kontinwa fid-dinja hija waħda mill-akbar rigali li tista’ toffrilhom waqt li trabbihom fl-Awstralja. Imma jekk int ġdid fil-pajjiż, tista’ ma tkunx taf minn fejn tibda. Dawn huma xi punti minn fejn tibda u xi ideat biex jgħinu lilek u lil uliedek titgħallmu dwar il-popli, il-kulturi u l-istorja tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.
Punti Ewlenin
- It-tagħlim dwar l-Ewwel Nazzjonijiet tal-Awstralja huwa proċess li jinvolvi kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri
- Hemm firxa xierqa ta’ riżorsi online skont l-età biex jappoġġjaw l-involviment tat-tifel/tifla tiegħek mal-Awstralja Indiġena
- L-attendenza f’avvenimenti, l-ivvjaġġar b’attenzjoni u r-riċerka tiegħek stess huma modi kif tikkonnettja man-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-inħawi tiegħek u lil hinn
- L-iżbalji huma parti mill-proċess tat-tagħlim, għalhekk ibqa’ kurjuż u itlob l-għajnuna biex tifhem il-protokolli tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait
- Kif nista' nintroduċi lit-tifel jew tifla tiegħi għall-kultura u l-istorja Indiġena?
- Kif nista' nsib avvenimenti li jiċċelebraw il-kultura Aboriġina u tal-Gżejjer tat-Torres Strait?
- Hemm kontenut ta' edukazzjoni dwar l-Awstralja Indiġena għt tfal online?
- Kif nistgħu nsiru nafu dwar il-kultura tal-Ewwel Nazzjonijiet waqt vjaġġ mal-familja?
- X'jiġri jekk ngħid jew nagħmel xi ħaġa ħażina?
Li tifhem u tagħraf il-valur tal-wirt u l-esperjenzi kontemporanji tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait huma essenzjali għar-rikonċiljazzjoni, il-proċess lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Ewwel Nazzjonijiet tal-Awstralja u l-popli mhux Indiġeni.
Huwa għalhekk importanti l-appoġġ tal-konnessjoni tat-tifel/tifla tiegħek mal-eqdem kultura ħajja kontinwa fid-dinja bħala wieħed mill-akbar rigali li tista' toffrilhom waqt li trabbihom fl-Awstralja.
Kif nista' nintroduċi lit-tifel jew tifla tiegħi għall-kultura u l-istorja Indiġena?
Esma Livermore hija mara ta' nisel Bigambul li taħdem għall-Reconciliation Australia, il-korp ewlieni tal-pajjiż għar-rikonċiljazzjoni.
Hija tirrakkomanda li tfittex opportunitajiet ta’ tagħlim bħala familja. Ibda minn attivitajiet li huma edukattivi, iżda wkoll divertenti u faċli biex taċċessahom, bħall-programmi fuq it-televixin.
“NITV għandu firxa ta’ programmi li jaqsmu stejjer, kulturi, u esperjenzi kontemporanji tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait,” tgħid Esma Livermore.
Jekk tippreferi tara on demand, tista’ ssib ukoll varjetà ta’ kontenut tal-Ewwel Nazzjonijiet b’xejn fuq SBS On Demand, inklużi serje animati għat-tfal, dokumentarji u films.
“Trid xi ħaġa li tkun faċli għat-tfal iżgħar, billi tħares lejn firxa ta’ kontenut xieraq skont l-età li jiċċelebra l-kulturi Aboriġinali u tal-Gżejjer tat-Torres Strait u d-diversità tal-popli Aboriġinali u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.
“Dan huwa biss l-ewwel pass ġentili biex titgħallem dwar ‘min huma l-Ewwel Popli ta’ dan il-pajjiż?’”

Kif nista' nsib avvenimenti li jiċċelebraw il-kultura Aboriġina u tal-Gżejjer tat-Torres Strait?
Lil hinn mill-iskrin, tista' tfittex avvenimenti u attivitajiet għall-familja kollha ospitati minn organizzazzjonijiet Aboriġinali u tal-Gżejjer tat-Torres Strait fl-inħawi lokali tiegħek. Iċċekkja l-avvenimenti tal-kunsill lokali tiegħek u kkuntattja l-eqreb Kunsill Lokali tal-Art Aboriġinali tiegħek biex jgħidulek x'qed jiġri fl-inħawi fejn toqgħod.
Hemm żewġ okkażjonijiet ewlenin li għandek toqgħod attent għalihom kull sena, tgħid Esma Livermore: NAIDOC Week fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju u National Reconciliation Week, iċċelebrata bejn is-27 ta' Mejju u t-3 ta' Ġunju.
"Hawnhekk insib fejn ħafna nies li jaslu l-Awstralja, jitgħallmu dwar il-perspettivi tal-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet, l-arti, l-art, in-nies u wkoll il-kulturi," tgħid Esma Livermore.
Avvenimenti matul dawk id-dati jistgħu wkoll joffru opportunitajiet biex tattendi Welcome to Country u tifhem id-differenza minn Acknowledgment of Country.

Hemm kontenut ta' edukazzjoni għat-tfal dwar l-Awstralja Indiġena online?
Huwa faċli li taċċessa riżorsi edukattivi online biex tgħin lit-tifel/tifla tiegħek titgħallem dwar l-istorja, il-kulturi u l-perspettivi tal-Ewwel Nazzjonijiet.
SBS Learn għandu firxa ta’ kontenut bħal dan, imfassal għall-kurrikulu Awstraljan, mill-bidu tal-iskola sa Year 12, li l-familji jistgħu jesploraw id-dar.
F'Reconciliation Australia, Ms Livermore hija maniġer tal-programm Narragunnawali: Reconciliation in Education .
Il-programm joffri settijiet ta’ għodod online biex jappoġġja membri differenti tal-komunità, inklużi għalliema, studenti u ġenituri, biex jinvolvu ruħhom fir-rikonċiljazzjoni b’modi sinifikanti.
L-eżempji jvarjaw minn tagħlim dwar iż-żewġ bnadar li jirrappreżentaw l-Ewwel Popli ta’ dan il-pajjiż, għal gwida dwar il-bini ta’ relazzjonijiet mal-komunità lokali Aboriġina u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.
“It actually gives you some activities or ideas of how to build relationships and that's going beyond the school gates and out into communities,” Ms Livermore explains.
Kif nistgħu nsiru nafu l-kultura tal-Ewwel Nazzjonijiet waqt vjaġġ mal-familja?
L-ivvjaġġar mat-tifel/tifla tiegħek jista' joffri opportunità oħra biex titgħallmu aktar dwar l-Awstralja Indiġena flimkien.
L-użu tal-Mappa tal-Awstralja Indiġena tal-Istitut Awstraljan għall-Istudji Aboriġinali u tal-Gżejjer tat-Torres Strait (AIATSIS) Map of Indigenous Australia, jista' jgħinek tidentifika l-gruppi lingwistiċi, soċjali jew nazzjonali tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait konnessi mal-inħawi li tkun qed iżżur.
Imbagħad tista' tirriċerka siti importanti x'iżżur u tibda titgħallem dwar il-kultura tal-Kustodji Tradizzjonali li jgħixu hemm.
“Jekk inkun se nivvjaġġa lejn xi mkien, probabbilment nagħmel ftit tfittxija fuq Google u nara liema huma wħud miż-żoni sinifikanti... u nagħti ħarsa lejn liema huma wħud mill-attivitajiet tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait li nista’ nagħmel hemm,” tgħid Esma Livermore.

X’jiġri jekk ngħid jew nagħmel xi ħaġa ħażina?
Il-biża’ li niżbaljaw huwa komuni u magħruf minn kwalunkwe persuna mhux Indiġena li tinvolvi ruħha mal-kultura u n-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet, tgħid Esma Livermore.
“Aħjar li tipprova milli ma tagħmel xejn.”
Li tagħmel żbalji huwa parti mill-proċess tat-tagħlim. Jekk persuna tal-Ewwel Nazzjonijiet turik li għamilt żball f’interazzjoni f’avveniment pereżempju, tista’ tikkuntattjahom b’rispett u titlobhom l-għajnuna.
“Uża dik il-konverżazzjoni biex titgħallem u aħdmu flimkien biex int tikkoreġi l-iżball u huma jgħinuk… Huwa dwar li titgħallem u titkellem dwar l-affarijiet li ma tafx,” ittemm tgħid Esma Livermore.
Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.
Do you have any questions or topic ideas? Email australiaexplained@sbs.com.au




