Id-differenza fl-edukazzjoni Indiġena fl-Awstralja u l-mod kif nimxu ’l quddiem

Australia Explained - Indigenous Education

First Nations-led education sees stronger engagement, outcomes and pathways for young people. Credit: courtneyk/Getty Images

L-edukazzjoni hija triq għall-opportunitajiet fil-ħajja, iżda għal ħafna żmien, l-istudenti Indiġeni fl-Awstralja iffaċċjaw ostakli fis-suċċess edukattiv. Filwaqt li għad fadal l-isfidi, qed isseħħ bidla pożittiva. Illum ser nisimgħu minn esperti u studenti tal-edukazzjoni Indiġeni dwar x’qed jaħdem, għaliex l-edukazzjoni kulturali hija importanti u kif l-għarfien Indiġenu u tal-Pajjiżi tal-Punent jistgħu jingħaqdu flimkien biex jibbenefikaw l-istudenti kollha.


Key Points
  • Id-differenzi fir-riżultati tal-edukazzjoni bejn l-istudenti Indiġeni u dawk mhux Indiġeni naqas matul is-snin, iżda xorta għadu hemm.
  • Xi esperti jemmnu li t-tħaddin ta’ inizjattivi ta’ edukazzjoni kulturali u mmexxija mill-Ewwel Nazzjonijiet itejjeb ir-riżultati tal-edukazzjoni għat-tfal kollha.
  • Gradwata ta' Year 12 tgħid li l-appoġġ tal-għalliema u l-konnessjoni mal-kultura permezz tal-iskola wasslu għas-suċċess akkademiku tagħha.
Qabel il-kolonizzazzjoni Ewropea, il-kulturi tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja kellhom sistemi ta’ edukazzjoni rikka - konnessi ħafna mal-art, l-għarfien, u l-komunità. Illum dawn it-tradizzjonijiet qed ikomplu joffru għarfien siewi. 

Madankollu l-inugwaljanza fir-riżultati tal-edukazzjoni għadha teżisti. L-istudenti Indiġeni għandhom rati aktar baxxi ta’ attendenza, litteriżmu u aritmetika fl-iskola, u rappreżentanza universitarja anqas. Dan minħabba fatturi storiċi u kontinwi bħad-diskriminazzjoni, in-nuqqas ta’ edukazzjoni kulturalment inklużiva, u l-iżvantaġġ soċjoekonomiku.

Huwa importanti li tiġi rikonoxxuta l-istorja ta’ diskriminazzjoni li jiffaċċjaw it-tfal Indiġeni, meta jiddiskutu kif se tingħeleb id-differenza fl-edukazzjoni, tgħid Sharon Davis, persuna BARDI u Kija, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Nazzjonali tal-Edukazzjoni Aboriġina u Torres Strait Islander (NATSIEC).

“Il-leġislazzjonijiet u l-policies ħadmu b’mod espliċitu biex it-tfal Aboriġini jinżammu barra mill-iskola sa mill-bidu,”

Davis issemmi rapport riċenti maħruġ mill-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Edukazzjoni għaż-żgħażagħ Indiġeni: report issued by the National Indigenous Youth Education Coalition.  

“Juri t-tmexxija bħal l-esklużjoni skont it-talba introdotti fil-bidu tas-seklu 20 għoxrin … fejn familji mhux Indiġeni setgħu jitolbu t-tneħħija ta’ tfal Aboriġini mill-klassijiet.”

Sharon Davis.jpeg
Sharon Davis, CEO of NATSIEC Source: Supplied / Sharon Davis
Fl-2008, il-gvern Awstraljan għamel apoloġija formali lill-Awstraljani Indiġeni għat-trattament ħażin li għaddew minnu, partikolarment it-tneħħija sfurzata tat-tfal mill-familji, il-komunitajiet, u l-Artijiet tagħhom.

Bħala parti minn din l-apoloġija, saret wegħda biex tispiċċa d-differenza bejn l-Awstraljani Indiġeni u dawk mhux Indiġeni f’diversi oqsma tal-ħajja, fosthom fl-edukazzjoni.

Għan ewlieni ta’ dak li issa huwa n-National Agreement on Closing the Gap (il-Ftehim Nazzjonali biex Tispiċċa d-Differenza) huwa r-riforma tal-mod kif il-gvernijiet jaħdmu man-nies u l-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet biex jegħlbu l-inugwaljanza, bħall-impenn li jinbena s-settur ikkontrollat mill-komunitajiet.

“Nafu li l-organizzazzjonijiet Aboriġini kkontrollati mill-komunitajiet huma l-aktar mod sostenibbli biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-komunitajiet,” tgħid Davis.

 “U fejn il-poplu tagħna jmexxi l-edukazzjoni, naraw impenn aħjar, riżultati aħjar, u pjanijiet futuri aktar b’saħħithom għaż-żgħażagħ tagħna.” 

Tista’ l-edukazzjoni kulturali tkun it-triq ’il quddiem? 

Dr Anthony McKnight huwa raġel Awabakal, Gameroi u Yuin, li jaħdem fiċ-Ċentru Indiġenu Woolyungah tal-Università ta’ Wollongong.

Hu għamel snin twal jgħallem u jirriċerka kif jinkorpora t-tagħlim Aboriġinali fil-kurrikulu, fil-politika, u fil-prattika.

Dr McKnight jemmen li jridu jiddeterminaw mill-ġdid xi tfisser id-differenza fl-edukazzjoni Indiġena.

“Għalija, jekk hemm differenza, hemm l-edukazzjoni Aboriġinali u l-edukazzjoni tal-Pajjiżi tal-Punent u mbagħad l-istudent Aboriġinali fin-nofs.”

Huwa jgħid li l-inizjattivi biex tingħeleb id-differenza huwa li jqarrbu lill-istudent Indiġenu lejn l-edukazzjoni tal-Pajjiżi tal-Punent.

“Imma din tħalli distakk enormi għas-sistema edukattiva tagħhom stess.”

“Għalija għandu jkun dwar it-tifel Aboriġinu fin-nofs u mbagħad iż-żewġ sistemi jingħaqdu flimkien fin-nofs. L-istudenti tagħna għanhom ikollhom il-kapaċità li jgħixu fiż-żewġ sistemi ta’ għarfien.”
UOW INDIGENOUS LITERACY DAY
Dr McKnight has spent years teaching and researching how to embed Aboriginal pedagogy in curriculum, policy, and practice. Source: Supplied / MichaelDavidGray
Dr McKnight jemmen li huwa importanti li jiġu popolarizzati l-prattiċi tal-edukazzjoni li jlaqqgħu flimkien is-sistemi tal-edukazzjoni tal-Pajjiżi tal-Punent u tal-għarfien Indiġenu biex it-tfal jitgħallmu dwar l-art li jgħixu fiha u kif jieħdu ħsiebha.

“Tipprova tieħu ħsieb mhux biss it-tfal Aboriġini, imma t-tfal mhux Aboriġini biex jieħdu ħsieb dan il-post … Hija l-entità li tipprovdilna dak kollu li għandna bżonn u lkoll nimxu fuq l-istess art, nixorbu l-istess ilma, nieħdu l-istess arja.”

L-ugwaljanza fir-riżultati tal-edukazzjoni – it-triq għall-progess

Skont latest data available from the National Agreement on Closing the Gap, (l-aħħar informazzjoni mill-Ftehim Nazzjonali biex tingħeleb id-Differenza) fir-riżultati tal-edukazzjoni bejn l-istudenti Indiġeni u dawk mhux Indiġeni d-differenza naqset matul is-snin iżda għadha hemm.

“Pereżempju, ir-rati ta’ ritenzjoni ta’ studenti Indiġeni fl-iskola sekondarja bħalissa tinsab fil-livell ta’ 59 fil-mija meta mqabbla ma’ studenti mhux Indiġeni li hija madwar 85 fil-mija,” tgħid Davis.

“U meta naraw differenza fir-riżultati, dik hija aktar riflessjoni ta’ kif l-edukazzjoni naqset milli taqdi studenti u żgħażagħ Aboriġini u Torres Strait Islander, u mhux bil-kontra.”
Retori Lane.png
Retori Lane (L) with her mother, Jenadel Lane. Source: Supplied / Retori Lane
Is-sena l-oħra, it-tfajla Retori Lane ta’ dixxendenza Gamilaroi spiċċat b’suċċess l-HSC tagħha fil-Kulleġġ ta’ Dubbo.

Hija tifforma parti mill-akbar grupp ta’ studenti Indiġeni li temmew Year 12 fi New South Wales.

Lane tgħid li l-ambjent ta’ tagħlim u appoġġ għamel id-differenza kollha.

In-netwerk ta’ appoġġ tagħha kien jinkludi ħaddiema tal-iskola, għalliema Indiġeni u ħaddiema min-National Aboriginal Sports Corporation Australia (NASCA) ,organizzazzjoni li tmexxi programmi madwar NSW u t-territorju tat-Tramuntana li jgħinu lill-istudenti Indiġeni jikkonnettjaw mal-kultura u jirnexxu fl-iskola.

“Żgur li kelli ħafna appoġġ speċjalment mill-istaff kollu,” hija tgħid.

“U anke l-ħaddiema TAN-NASCA. Huma jiġu u jieħduk għal-lezzjonijiet, u jgħinuk il-ħin kollu. U l-għalliema kienu hemm biex jgħinuk f’dak kollu li jkollok bżonn.”

Omm Retori, Jenadel, hija Deputat Prinċipal fil-Kulleġġ ta’ Dubbo fejn iggradwat bintha, u l-ewwel waħda fil-familja tagħha li marret l-università.

Hija temmen li l-appoġġ imfassal apposta u f’ambjent kulturalment sensittiv jagħtu s-setgħa lill-istudenti kollha biex jieħdu l-aħjar mill-edukazzjoni tagħhom.

 “Jien inħossni nitħeġġeg aktar meta nwassal tfal Aboriġini li jispiċċaw Year 12 għax hija dik id-daqsxejn għajnuna tiegħi li nista’ nikkontribwixxi għal niesi, u għalhekk sirt għalliema.

 “U mbagħad nittamaw li dan jiftaħ il-bibien għalihom għall-ħajja wara l-iskola.”

Retori se tistudja għal Baċellerat fl-Arti u tispeċjalizza fl-istudji Indiġeni.

 “Nipprova nasal f’pożizzjoni li neduka tfal oħra Indiġeni li jkunu tilfu l-edukazzjoni permezz ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ. Għalhekk, nisperaw li ngħinu niex inkunu parti mill-proċess biex nerġgħu nqajmu l-kultura u nerġgħu nagħtuha l-ħajja.”
Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.   

Do you have any questions or topic ideas? Send us an email to australiaexplained@sbs.com.au.

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand