Nadine Axisa, Alan Sciberras u Katelyn Vella f’kunċert li jiċċelebra t-talent Malti fl-Awstralja

Alan Sciberras & Nadine Axisa - Photo - People Management Division, Ministry for Health and Active Ageing.jpg
Charles Mifsud, president tal-Maltese Cultural Association of Australija fi New South Wales, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar avveniment mużikali li jiċċelebra l-kultura u t-talent Malti. Il-kunċert jinkludi żewġ artisti distinti li qed jivvjaġġaw minn Malta: il-kantanta magħrufa għall-mużika jazz Nadine Axisa, u t-tenur ċelebri Alan Sciberras, magħruf għall-preżentazzjonijiet operistiċi tiegħu fuq palkijiet Ewropej. Il-kunċert jinkludu wkoll lill-kantanta Maltija Awstraljana Katelyn Vella u reċta miċ-Ċittadini Theatre Group.
Share



