Watch FIFA World Cup 2026™ LIVE, FREE and EXCLUSIVE

Storja minsija: Is-servizz tal-poplu Aboriġinu u tal-Gżejjer tat-Torres Strait f'Jum l-Anzac

First Nations Anzac

The Australian War Memorial For Our Country memorial recognises the military service of Aboriginal and Torres Strait Islander peoples. Credit: Tracey Nearmy/Getty Images

Kull sena l-Awstraljani jinġabru f’Jum l-ANZAC biex ifakkru lil dawk li servew fi gwerer, kunflitti u missjonijiet ta’ żamma tal-paċi. Imma xi stejjer qegħdin infakkru? Hemm stejjer li mhux dejjem nisimgħuhom? Illum se nesploraw parti importanti mill-istorja tal-Awstralja li spiss ġiet injorata, is-servizz tal-popli Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.


Punti Ewlenin
  • Il-Monument tal-Gwerra Awstraljan jikkalkula li 1200 raġel Aboriġinu ppruvaw jidħlu fis-servizz fl-Ewwel Gwerra Dinjija, u 6,500 fit-Tieni Gwerra Dinjija.
  • L-Aboriġini ffaċċjaw ħafna restrizzjonijiet biex jidħlu fil-forzi armati.
  • Ħafna għamlu sforzi straordinarji biex jidħlu, inkluż li ħbew in-nisel tagħhom.
  • Mar-ritorn tagħhom, id-diskriminazzjoni u l-liġijiet restrittivi kienu għadhom parti mill-ħajja ta’ kuljum għall-veterani Aboriġini.

Ħafna nies Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait servew fil-forzi armati tal-Awstralja, inkluż matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija, ħafna drabi flimkien ma’ Awstraljani mhux Indiġeni, anke meta kienu uffiċjalment ipprojbiti milli jingħaqdu.

Illum, hemm sforz dejjem jikber biex jiġi żgurat li l-istejjer tagħhom jiġu rikonoxxuti u mfakkra.

Michael Bell raġel ta’ nisel Ngunnawal/Gomeroiman huwa parti minn din l-inizjattiva. Bħala Uffiċjal Indiġenu fl-Australian War Memorial, huwa jgħin biex jidentifika u jirrikonoxxi s-servizz u s-sagrifiċċju tal-popli Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait, kemm dawk li servew bl-uniformi kif ukoll dawk li ghenu fl-isforzi tal-gwerra fuq art twelidhom.

Permezz ta' dan ix-xogħol, qed tibda toħroġ stampa aktar ċara.

Kemm nies Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait servew fl-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija?

"Bħalissa għandna ftit aktar minn 1200 raġel Aboriġinu li rreġistraw jew ippruvaw jidħlu fis-servizz fl-Ewwel Gwerra Dinjija, u qed nikkalkulaw li se jkunu madwar 6,500 raġel fit-Tieni Gwerra Dinjija," jgħid Michael Bell.

Indigenous Australians Honoured On Anzac Day At Coloured Diggers March
Understanding ANZAC Day means recognising the contributions and challenges faced by Aboriginal and Torres Strait Islander peoples.  Credit: Brendon Thorne/Getty Images

Dawn in-numri qed ikomplu jikbru hekk kif qed jiġu skoperti aktar rekords.

Il-War Memorial identifika statistikament in-numri ta’ dawk Aboriġini li applikaw għas-servizz tal-gwerra.

Minkejja li ffaċċjaw ostakli sinifikanti, in-numri huma sinifikanti.

Ir-rati ta’ dawk li nkitbu għall-gwerra huma l-istess bħal ta’ ħuthom mhux Indiġeni.
Michael Bell

X’ostakli ffaċċjaw l-Awstraljani tal-Ewwel Nazzjonijiet meta ppruvaw jidħlu fil-militar?

In-nies Aboriġini ffaċċjaw restrizzjonijiet meta ppruvaw jidħlu fil-forzi armati. Dawn ir-restrizzjonijiet kienu jeżistu f’diversi livelli.

In-nies Aboriġini ffaċċjaw limiti fuq il-moviment tagħhom madwar il-pajjiż.

Ma kinux rikonoxxuti bħala ċittadini Awstraljani sħaħ, u f'xi każijiet, lanqas biss rikonoxxuti bħala nies skont il-liġi.

U s-sistema militari spiss eskludiet lil dawk mingħajr nisel Ewropew.

Flimkien, dawn ħolqu ostakli kbar għal dawk li riedu jidħlu fis-servizz.

Anke b'dawn ir-restrizzjonijiet, ħafna nies għamlu sforzi straordinarji biex jidħlu fis-servizz. Wieħed minn dawn l-irġiel mexa minn Queensland sa Albury, jispjega Michael Bell.

"Fi triqtu pprova jidħol fis-servizz ħames darbiet, fl-aħħar mill-aħħar irnexxielu jidħol, imma sfortunatament ma rnexxilux jaqdi dmirijietu għax marad u miet fuq il-vapur fi triqtu lejn il-kamp tal-battalja. Din turi d-dedikazzjoni tal-irġiel tagħna li ġew imwarrba għax kienu Aboriġini, iżda reġgħu lura u reġgħu pprovaw."

Stejjer bħal dawn juru determinazzjoni, reżiljenza u xewqa qawwija tal-qadi tal-pajjiż, anke meta dak il-pajjiż ma offriex drittijiet ugwali.

Aboriginal And Torres Straight Islander Veterans
A wreath is laid during the annual ANZAC coloured diggers service in Sydney. Credit: Lisa Maree Williams/Getty Images

X’ġara lis-suldati tal-Ewwel Nazzjonijiet meta rritornaw lura d-dar mill-gwerra?

Għal ħafna veterani Aboriġini, is-sagrifiċċji tagħhom ma jfissrux ugwaljanza.

Huma rritornaw f’soċjetà fejn id-diskriminazzjoni u l-liġijiet restritti kienu għadhom parti mill-ħajja ta’ kuljum.

“L-irġiel tagħna kienu qed jiġġieldu għal drittijiet fi gwerra barranija li ma kinux intitolati għalihom f’pajjiżhom,” jgħid Michael Bell. “U biex jiġu lura pajjiżhom f’soċjetà b’inugwaljanza kbira, u jerġgħu lura fis-segregazzjoni, in-nuqqas ta’ rikonoxximent legali, ir-restrizzjonijiet fuq il-propjeta’ tal-art, nuqqas ta' pagi ugwali, ir-restrizzjoni tal-ħarsien tat-tfal, il-Ġenerazzjonijiet Misruqa, kienu fl-aqwa tagħhom.”

Xi veterani Aboriġini setgħu jaċċessaw benefiċċji, iżda ħafna minnhom ma setgħux, b'restrizzjonijiet soċjali u politiċi usa' li jillimitaw l-għajnuna.

Anke l-konnessjoni ma' veterani oħra setgħet tkun diffiċli.

Is-suldati li rritornaw spiss kienu mħeġġa jingħaqdu ma' organizzazzjonijiet komunitarji bħal klabbs tal-RSL li jappoġġjaw lill-veterani u jorganizzaw avvenimenti bħaċ-ċerimonji ta' Jum l-ANZAC.

Iżda ħafna minn dawn il-klabbs kienu postijiet liċenzjati, li jfisser li kien jiġi servut l-alkoħol, u nies Aboriġini spiss kienu ristretti milli jidħlu f'dawn l-postijiet.

Huma kienu effettivament esklużi kemm mill-appoġġ kif ukoll mill-konnessjoni.

Kif l-Awstralja qed tirrikonoxxi s-servizz militari tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait illum?

Fl-aħħar deċennji, il-Monument tal-Gwerra Awstraljan ħa rwol aktar attiv fl-iskoperta u l-għarfien tas-servizz tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.

“L-istejjer tagħna huma maqsuma u magħrufa b’mod ugwali u proporzjonali fil-galleriji kollha tagħna,” jispjega Michael Bell. “Għandna kontenut Indiġenu fis-servizzi kollha, fil-galleriji kollha, fl-istejjer kollha, fir-rappreżentazzjonijiet kollha tagħna.”

M’hemm l-ebda taqsima Sewda fil-Monument tal-Gwerra Awstraljan. Dak li nagħmlu hu li nirrakkontaw l-istorja b’mod ugwali, kif talbuna nagħmlu l-veterani.
Michael Bell

“Fl-uniformi, setgħu jaraw biss lilhom infushom bħala l-kulur tas-servizz tagħhom bħall-aħdar, il-blu jew il-griż għall-armata, il-forza tal-ajru u n-navy.”

Dan il-mod jirrifletti kif ħafna suldati Aboriġini raw lilhom infushom, l-ewwel bħala suldati, jaqdu l-pajjiż flimkien ma’ oħrajn.

Fl-istess ħin, stejjer li ilhom minsija issa qed jiġu skoperti mill-ġdid u magħrufa mal-familji u l-komunitajiet.

“Fl-okkażjoni fejn għandna l-unika ritratt magħruf ta’ raġel Aboriġinu fil-kollezzjoni tagħna, u l-familja ma tkunx ratu... nistgħu nipprovduhulhom f’isimhom jew bħala rikonoxximent tas-servizz tiegħu...u dan huwa tassew kommoventi u speċjali għalija, li nkun nista’ naqsam dan mal-familji li jafu li dan l-għarfien u l-informazzjoni huma miżmuma f’istituzzjoni fejn qed nippruvaw b’mod pożittiv ninkludu l-istorja li qabel kienet minsija jew inqas magħrufa dwar is-servizz tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.”

Għall-familji, dawn il-mumenti jistgħu jkunu qawwija, u jgħinu biex jerġgħu jikkonnettjaw mal-istorja, l-identità u mal-maħbubin.

Aboriginal And Torres Straight Islander Veterans
The annual ANZAC coloured diggers event in Sydney celebrates the contributions of Aboriginal and Torres Strait Islander servicemen and servicewomen. Credit: Lisa Maree Williams/Getty Images

X'għandek tkun taf dwar l-istorja tal-Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait f'dan il-Jum tal-ANZAC?

L-għarfien tal-Jum tal-ANZAC ifisser li nirrikonoxxu kemm il-kontribuzzjonijiet kif ukoll l-isfidi li jiffaċċjaw il-popli Aboriġini u tal-Gżejjer tat-Torres Strait.

"Huwa dwar l-istorja sħiħa u totali tal-Awstralja u kif inhi llum," jiddikjara Michael Bell, "mhux in-nazzjon moħbi li konna fis-snin ta' qabel. U għall-irġiel tal-Ewwel Gwerra Dinjija, li kellhom jaħbu n-nisel tagħhom, irridu nkunu nistgħu ninkoraġġuhom, biex jaraw l-istorja sħiħa tal-Awstralja kif inhi, mhux kif inkitbet minn sistemi preċedenti li eskludew ir-rikonoxximent tagħna."

Jum l-ANZAC huwa żmien biex niftakru f’dawk li servew fi gwerer u kunflitti u għal ħafna Awstraljani, huwa mument biex ningħaqdu flimkien biex nonoraw l-istorja. Hekk kif dawn l-istejjer isiru aktar magħrufa, jgħinu biex ipinġu stampa aktar sħiħa tal-passat tal-Awstralja u l-preżent tagħha.

Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.

Do you have any questions or topic ideas? Email australiaexplained@sbs.com.au


Share

Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now