Dawk fuq benefiċċji tal-welfare ma jistgħux ilaħħqu mal-kera

Images of residential properties in Sydney, (AAP Image/Dean Lewins) Source: AAP
Rapport ġdid juri nuqqas kbir ta’ kera li wieħed ikun jista’ jħallas għaliha, għal dawk li jkunu qegħdin jirċievu ħlasijiet mill-gvern. Analiżi ta’ rapport minn Anglicare Australia juri li dawk li qegħdin jirċievu għajnuna ta’ ħlas mill-gvern jistgħu biss iħallsu 6% tal-propjetajiet għall-kiri li kien hemm disponibbli f’Marzu li għadda.
Share


