Imut l-attur u kummidjant Malti, Charles Thake

Source: Charles Thake (from his Facebook)
Tħabbret il-mewt tal-attur u kummidjant, Charles Thake fl-għomor ta’ 91 sena. Huwa deher f’diversi produzzjonijiet fuq il-palk u t-televixin ma’ kumpanija bħal Malteth, Atturi Theatre Group u l-MADC. Charles Thake kien popolari ħafna fost il-komunità Maltija fl-Awstralja. Infatti hu żar l-Awstralja apposta biex iferraħ lill-Maltin biċ-ċajt tiegħu fl-1982. F’din l-intervista mal-SBS fl-1980, jgħid kif beda u kompla l-karriera tiegħu bħala attur.
Share