Punti Ewlenin
- Id-drittijiet tal-art jagħtu lura ċerti żoni ta’ art tal-Kuruna Awstraljana, mhux art privata lill-komunitajiet Aboriġinali u Torres Strait Islander għal benefiċċju kulturali, soċjali, u ekonomiku.
- Id-drittijiet tal-art, it-titlu nattiv, u t-trattat huma proċessi legali u politiċi differenti, iżda kollha għandhom l-għan li jirrikonoxxu l-konnessjoni tal-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet mal-pajjiż u jappoġġaw l-process li jiddeterminaw t-tmexxija tagħhom stess.
- Il-moviment beda b’avvenimenti bħall-Wave Hill Walk-Off tal-1966, li wasslu għal liġijiet importanti bħall-Att tal-1976 tad-Drittijiet tal-Art Aboriġina fin-Northern Territory, bil-progress għadu għaddej sal-lum.
- X'inhuma d-drittijiet tal-art Aboriġinali fl-Awstralja?
- How Kif bdew id-drittijiet tal-art Aboriġinali?
- Xi jkopru d-drittijiet tal-art Aboriġinali?
- X'inhi d-differenza bejn id-drittijiet tal-art, it-titli nattiv u trattat?
- Għaliex illum id-drittijiet tal-art Aboriġinali huma importanti?
- Eżempju lokali: Il-Kundill tal-Art ta' Darkinjung
- X'inhuma l-isfidi 'l quddiem għad-dritt tal-art Aboriġinali?
- Għaliex id-drittijiet tal-art Indiġena huma importanti għall-Awstraljani kollha?
X’inhuma d-drittijiet tal-art Aboriġinali fl-Awstralja?
Għal ħafna snin, il-konnessjoni li l-popli Aboriġini u Torres Strait Islander għandhom ma’ arthom ma kinitx rikonoxxuta. Inħolqu liġijiet dwar id-drittijiet tal-art biex jagħtuhom kontroll legali fuq l-artijiet tradizzjonali tagħhom.
Qabel il-kolonizzazzjoni, il-popli Aboriġini u Torres Strait Islander ħadu ħsieb l-art għal għexieren ta’ eluf ta’ snin.
Imma l-kolonizzazzjoni ħadet dik l-art mingħajr ebda ftehim, ibbażata fuq l-idea falza tat-terra nullius, li tfisser “art li ma tappartjeni lil ħadd.”

Prime Minister Gough Whitlam symbolically returning land to the Gurindji people on 16 August 1975, an act famously represented by Whitlam pouring sand into Vincent Lingiari's hand. Source: AAP
Kif bdew id-drittijiet tal-art Aboriġinali?
Il-moviment modern tad-drittijiet tal-art beda fl-1966 bil-Wave Hill Walk-Off, strajk mill-istockmen ta’ Gurindji u l-familji tagħhom fit-Territorju tat-Tramuntana. Din il-protesta enfasizzat kemm il-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol kif ukoll id-domanda għall-għoti lura tal-artijiet tradizzjonali.
Fl-1967, referendum nazzjonali ta lill-Gvern Awstraljan il-poter li jagħmel liġijiet għall-popli Aboriġini u Torres Strait Islander. Dan witta t-triq għall-Att tal-1976 dwar id-Drittijiet tal-Art Aboriġini (Territorju tat-Tramuntana), l-ewwel liġi li tirrikonoxxi formalment it-talbiet tradizzjonali għall-art.
Xi stati u territorji għandhom il-leġislazzjoni tagħhom dwar id-drittijiet tal-art, iżda l-Awstralja għad m’għandhiex liġi nazzjonali unika dwar id-drittijiet tal-art.
Xi jkopru d-drittijiet tal-art Aboriġinali?
Id-drittijiet tal-art japplikaw biss għal art tal-gvern, magħrufa bħala art tal-Kuruna Awstrajna, mhux propjetà. L-art li tingħata lura ma tistax tinbiegħ jew isir self fuqha. Minflok, din tinżamm fi trust biex il-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu ħsiebha u jieħdu deċiżjonijiet dwarha.
Twaqqfu kunsilli tal-artijiet biex jirrappreżentaw popli Aboriġini u ta’ Torres Strait Islander u biex jgħinu fl-immaniġġjar tal-art li ngħatat lura. Dawn il-kunsilli jappoġġaw lill-komunitajiet fl-użu tal-art għal skopijiet kulturali, soċjali, ambjentali, u ekonomiċi.
READ MORE

Explainer: The '67 Referendum
X’inhi d-differenza bejn id-drittijiet tal-art Aboriġinali, it-titlu nattiv u trattat?
Għalkemm ħafna drabi jiġu diskussi flimkien, dawn it-termini jfissru affarijiet differenti:
- Drittijiet tal-art: Liġijiet maħluqa minn gvernijiet li jagħtu lura ċerti żoni ta’ art tal-Kuruna Awstraljana lill-popli Aboriġini u Torres Strait Islander, normalment immaniġġjati mnn kunsilli tal-art.
- Titlu nattiv: Rikonoxximent legali li xi nies tal-Ewwel Nazzjonijiet li għad għandhom drittijiet għall-art u l-ilmijiet tagħhom skont il-liġijiet u d-drawwiet tradizzjonali tagħhom.
- Trattat: Ftehim formali bejn il-gvernijiet u l-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet. Pajjiżi bħal New Zealand u l-Kanada għandhom trattati, imma l-Awstralja għad m’għandhiex trattat nazzjonali.
Flimkien, dawn l-mezzi għandhom l-għan li jwasslu ġustizzja, rikonoxximent, u tmexxija għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet.

The Wave Hill walk-off, led by Vincent Lingiari, was a pivotal moment in Australian Aboriginal land rights history. In 1966, Gurindji stockmen, domestic workers, and their families walked off Wave Hill Station in protest against poor working conditions and a lack of land rights. Credit: National Museum Australia
Għaliex illum id-drittijiet tal-art Aboriġinali huma importanti?
L-art li tingħata lura tgħin lill-komunitajiet jerġgħu jikkonnettjaw mal-lingwa, il-kultura, u l - Pajjiż tagħhom. Tappoġġa wkoll l-akkomodazzjoni, is-saħħa, l-edukazzjoni, u l-indipendenza ekonomika.
Dr Virginia Marshall, mara ta’ nisel Wiradjuri Nyemba u esperta tad-drittijiet tal-ilma, tispjega d-differenza fil-perspettiva:
“L-ilma jkellimna jew is-siġar ikellmuna, imma m’għandniex għalfejn naqbdu nitkellmu dwar ideoloġija ambjentali tal-Punent … il-liġi tagħna u l-istejjer tal-ħolqien tagħna jiggwidaw il-fehma tagħna.”
Id-drittijiet tal-art m’humiex dwar it-teħid tad-dar jew tal-bitħa ta’ wara ta’ xi ħadd. Huma jiffukaw fuq ir-ritorn ta’ żoni speċifiċi ta’ art tal-Kuruna Awstraljana fejn hemm konnessjoni storika jew kulturali rikonoxxuta.
Eżempju lokali: Il-Kunsill tal-Art ta’ Darkinjung
Il-Kunsill tal-Art Aboriġinali Lokali ta’ Darkinjung, li twaqqaf skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-art Aboriġinali ta’ New South Wales, juri l-potenzjal tad-drittijiet tal-art.
Uncle Barry Duncan, raġel ta’ nisel Gomeroi u wieħed mill-fundaturi, jiftakar kif beda il-kunsill fl-1983 fil-bitħa tad-dar tal-ġenituri tiegħu:
“Għaqqad lil din il-komunità flimkien. Kien mod kif l-art tiġi investita lura skont is-sidien Aboriġinali.”
Matul is-snin, Darkinjung għen fil-bini ta’ opportunitajiet ekonomiċi u fit-tisħiħ tat-teħid tad-deċiżjonijiet komunitarji.
Uncle Barry jirrifletti: “Issa n-nies jafu … konna għaqlin ħafna u intelliġenti biex nimmaniġġjaw l-art.”

Vincent Lingiari beside a plaque marking the handing over of the lease in Wattie Creek, 1975. Credit: National Museum Australia
X’ inhuma l-isfidi ’l quddiem għad-dritt tal-art Aboriġinali?
Il-proċess tad-drittijiet tal-art jista’ jkun kumpless u bil-mod. Ammont limitat biss ta’ art huwa disponibbli biex jingħata lura, u xi klejms jiffaċċjaw ostakli legali jew politiċi.
Minkejja dawn l-isfidi, id-drittijiet tal-art jibqgħu parti importanti mit-triq tal-Awstralja lejn ir-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja, u r-rikonoxximent tas-sovranità tal-Ewwel Nazzjonijiet.
Għaliex id-drittijiet tal-art Indiġena huma importanti għall-Awstraljani kollha?
Għal nies ġodda fl-Awstralja, it-tagħlim dwar id-drittijiet tal-art huwa mod kif wieħed jikkonnettja mal-istorja aktar profonda tal-pajjiż. Mhix kwistjoni li nitilfu l-art li nkunu xtrajna, huwa dwar li nagħrfu u nirrestawraw waħda mill-eqdem relazzjonijiet ħajjin tad-dinja bejn in-nies u l-art.
Din il-konnessjoni ilha teżisti għal iktar minn 60,000 sena, u tkompli llum.
Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.
Do you have any questions or topic ideas? Send us an email to australiaexplained@sbs.com.au