Watch FIFA World Cup 2026™

LIVE, FREE and EXCLUSIVE

Il-Bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait: Art, Baħar u Nies

Australia Explained – Torres Strait flag

The visibility of the flag can be powerful for Torres Strait Islander people. Credit: Kelly Defina/AFL Photos/via Getty Images

Fl-Awstralja, tista’ tara tliet bnadar jittajru flimkien: il-Bandiera Nazzjonali Awstraljana, il-Bandiera Aboriġina u l-Bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait. Il-popli Aboriġini u l-popli tal-Gżejjer tat-Torres Strait huma ż-żewġ popli Indiġeni distinti tal-Awstralja, kull wieħed bl-istorja, il-kulturi, il-lingwi u l-bandiera tiegħu stess. Għal ħafna nies tal-Gżejjer tat-Torres Strait, il-bandiera hija simbolu qawwi ta’ identità u appartenenza, kemm jekk jgħixu fuq il-gżejjer, fuq il-kontinent jew barra l-Awstralja.


Published

Updated

By Nikyah Hutchings

Presented by Lowanna Grant

Source: SBS




Share this with family and friends


Fl-Awstralja, tista’ tara tliet bnadar jittajru flimkien: il-Bandiera Nazzjonali Awstraljana, il-Bandiera Aboriġina u l-Bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait. Il-popli Aboriġini u l-popli tal-Gżejjer tat-Torres Strait huma ż-żewġ popli Indiġeni distinti tal-Awstralja, kull wieħed bl-istorja, il-kulturi, il-lingwi u l-bandiera tiegħu stess. Għal ħafna nies tal-Gżejjer tat-Torres Strait, il-bandiera hija simbolu qawwi ta’ identità u appartenenza, kemm jekk jgħixu fuq il-gżejjer, fuq il-kontinent jew barra l-Awstralja.


Punti Ewlenin

  • Il-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait tirrappreżenta l-art, il-baħar u n-nies.
  • Il-bandiera ġiet iddisinjata fl-1992 mill-artist tal-Gżejjer tat-Torres Strait Uncle Bernard Namok Snr u issa hija waħda mit-tliet bnadar nazzjonali tal-Awstralja.
  • Id-disinn aħdar, blu, iswed u abjad tagħha jinkludi dari (għata fuq ir-ras) u stilla b'ħames ponot għall-ħames gruppi ta' gżejjer tat-Torres Strait.
  • Għal ħafna l-bandiera hija simbolu ta' identità, kburija u kontinwazzjoni ta’ eżistenza, issa viżibbli madwar id-dinja.

Kif oriġinat il-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait?

Il-Gżejjer tat-Torres Strait huma grupp ta' gżejjer bejn il-ponta ta' Cape York fi Queensland u Papua New Guinea. Dawn il-gżejjer huma:

  • It-Taqsima ta' Fuq (Boigu, Dauan, Saibbai)
  • Il-Gżejjer tal-Lvant (Erub, Mer, Ugar)
  • It-Taqsima tal-Punent (St Pauls, Kubin, Badu, Mabuiag)
  • It-Taqsima Ċentrali (Masig, Poruma, Warraber, Iama)
  • It-Taqsima t'Isfel (Thursday, Horn, Prince of Wales and Hammond Islands, NPA and Mainland Australia.

Fl-1992, il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni tal-Gżira organizza kompetizzjoni għan-nies tal-Gżejjer tat-Torres Strait biex jiddisinjaw il-bandiera tal-komunità. Ir-rebbieħ kien ta’ Uncle Bernard Namok minn Thursday Island.

Iben Uncle Bernard, Bernard Namok Jnr, jiftakar jara lil missieru jaħdem fuq il-bandiera fuq il-mejda tal-kċina tagħhom f’Thursday Island, ipinġi disinji billejl għall-kompetizzjoni.

Uncle Bernard ma għexx biex jara d-disinn tiegħu jsir is-simbolu tal-poplu tiegħu, u miet ftit wara li ntemmet il-kompetizzjoni. Il-konnessjoni ta’ Bernard Jnr ma’ missieru tinżamm ħajja permezz tal-bandiera, u jiftakar dawk l-iljieli jara lil missieru jpinġi.

Australia Explained - Torres Strait flag
The Australian, Indigenous and Torres Strait Islands flags fly together in front of the High Court of Australia in Canberra. Credit: AAP Image/Lukas Coch

Xi tfisser il-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait?

Il-kuluri u s-simboli għandhom tifsira:

  • L-aħdar huwa l-art
  • Il-blu hu l-ilma tat-Torres Strait
  • L-iswed jirrappreżenta n-nies tal-Gżejjer tat-Torres Strait
  • Id-dari abjad (għata tar-ras tradizzjonali) jirrappreżenta l-indentita' kulturali tal-Gżejjer tat-Torres Strait
  • L-istilla bajda b'ħames ponot tirrappreżenta l-ħames gruppi ewlenin ta' gżejjer fit-Torres Strait.

L-istudent tal-liġi Aboriġina u tal-Gżejjer tat-Torres Strait Tyrell Viti twieled u trabba f’Thursday Island, u issa jgħix f’Townsville, Queensland.

“Inħoss li hija parti mill-identità kulturali tagħna fiha nnifisha,” jgħid. “Hija parti kbira mill-istorja tagħna. Huwa tassew tajjeb li jkollna dak is-sens ta’ rappreżentanza wkoll. U speċjalment peress li ninsabu f’komunità żgħira, tara din il-bandiera, tirrakkonta l-istorja ta’ min aħna, fejn sejrin, u kif qed nimxu ‘l quddiem, lil hinn mill-inġustizzji kollha mill-kolonizzazzjoni ’l hawn.

“In-nies tagħna kienu kkunsidrati bħala flora u fawna, u mhux bħala nies. Għalhekk għalija, din il-bandiera titkellem waħedha. Hija xi ħaġa li ġġagħalni nħossni meqjus bħala persuna, għax qed tirrappreżenta lin-nies tiegħi.”

Australia Explained - Torres Strait flag
Seeing the flag in public arenas creates a sense of recognition and inclusion. Credit: AAP Image/Lukas Coch

X'ifisser li tikber mal-bandiera?

Kemm Bernard Jnr kif ukoll Tyrell trabbew f’Thursday Island, u ddeskrivewha bħala komunità żgħira iżda mimlija ħajja, familja u kultura.

Għal Tyrell, il-bandiera hija parti mill-ħajja ta’ kuljum:

“Meta nara bnadar f’postijiet bħall-awli tal-qorti u postijiet ta’ kuljum fil-kontinent, inħoss li qed jarani kulħadd, avolja niġi minn gżira żgħira ’l barra mill-kontinent. Imma meta nidħol fl-aqwa postijiet tal-pajjiż, nara l-bandiera tiegħi f’awla tal-qorti, nara l-bandiera tiegħi fl-uffiċċju postali lokali tiegħek, nara xi nies biha fuq ħwejjiġhom—inħoss li n-nies mal-Awstralja kollha għandhom tant imħabba u rispett għalina li ngħixu hemm fuq.

“Inħossuna lkoll parti mill-Awstralja, u kif aħna konnessi u nippruvaw nimxu ‘l quddiem bħala poplu wieħed.”

Bernard Jnr jiftakar il-ħajja qabel ma l-bandiera kienet kullimkien. Huwa raha tinfirex gradwalment madwar il-gżejjer wara l-kompetizzjoni fis-snin disgħin, u issa jaraha f'postijiet li qatt ma stenna.

Fejn naraw il-bandiera?

Illum, il-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait tittajjar madwar l-Awstralja. Tista’ taraha barra l-iskejjel, l-universitajiet, il-parlamenti, il-kunsilli lokali u l-qrati, ħafna drabi flimkien mal-bnadar Aboriġini u Awstraljani.

Għal Tyrell, dan huwa sens qawwi ta’ kisba. Li jara l-bandiera fl-awli tal-qorti, fl-uffiċċji postali u fuq il-ħwejjeġ tan-nies iġiegħlu jħossu rikonoxxut u inkluż.

Australia Explained – Torres Strait flag
The flag is a powerful symbol of identity and belonging on the islands, the mainland and overseas. Credit: Danny Lawson/PA/Alamy/AAP Image

Bernard Jnr lemaħ ukoll il-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait tittajar 'il bogħod minn daru. Huwa vvjaġġa bid-dokumentarju tiegħu, Carrying The Flag, għal festivals barra mill-Awstralja, u ra l-bandiera fl-Ambaxxata Awstraljana f'Londra, Pariġi u New York.

Kull darba, Bernard Jnr jgħid li dan jieħdu lura għal meta kien tifel fuq Thursday Island.

"Irrispettivament fejn inkun, meta nara l-bandiera, nara t-tfulija tiegħi, narani nikber fuq il-gżira u nħares fuq spallet missieri biex narah jagħmel dawk d-disinji kollha tal-bandiera."

X'tissimbolizza l-bandiera għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin?

Bernard Jnr irid li t-tfal jikbru u jkunu jafu l-istorja wara l-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait. Huwa kiteb il-ktieb għat-tfal Our Flag, Our Story flimkien ma’ Thomas Mayo, b’illustrazzjonijiet minn Tori-Jay Mordey.

Bernard Jnr jitkellem dwar l-importanza tal-ktieb Our Flag, Our Story: “Kelli ħafna qari tal-ktieb fl-iskejjel, speċjalment madwar il-Ġimgħa tar-Rikonċiljazzjoni u n-NAIDOC. Il-kummenti kollha li kelli mill-għalliema u l-ħaddiema li jgħinu t-tfal fl-iskola kienu li t-tfal verament jieħdu gost jaqraw il-ktieb.”

Tyrell Viti graduation.JPG
"It's good that we have a flag dedicated and designed by us, for us," Tyrell Viti says. Source: Supplied / Tyrell Viti

“Tajjeb li għandna bandiera ddedikata u ddisinjata minna, għalina, biex timmotivana nkomplu l-vjaġġ tagħna u nimxu 'l quddiem, sabiex inkunu kburin li nirrikonoxxu l-identità kulturali tagħna,” jgħid Tyrell.

Meta tara l-bandiera tal-Gżejjer tat-Torres Strait, tkun qed tħares lejn simbolu ħaj tal-art, il-baħar u n-nies, u tal-kulturi li għadhom għaddejjin b’ħajjithom illum fil-Gżejjer tat-Torres Strait, madwar l-Awstralja u madwar id-dinja.

    Subscribe to or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.

    Do you have any questions or topic ideas? Email australiaexplained@sbs.com.au


    Latest podcast episodes

    Follow SBS Maltese

    Download our apps

    Listen to our podcasts

    Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

    Watch on SBS

    Maltese News

    Watch it onDemand

    Stream now